Tag: Dar Tal Providenza

Pranzu b’risq id-Dar tal-Providenza

Matul il-pranzu nġabru €17,390. Dan ifisser li fl-aħħar erba’ snin inġabret is-somma ta’ €98,000 għall-appoġġ tal-Id-Dar tal-Providenza.

“Iltqajt ma’ Mons. Azzopardi fil-5 sena tal-primarja” – Fr Martin

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza qal li l-ewwel darba li ltqa’a ma’ Mons. Mikiel Azzopardi kien meta kien fil-ħames sena tal-iskola primarja f’Ħal Luqa, “u l-għalliema, li għadha ħajja sal-lum, Ms Debono, kienet ġabet lil Dun Mikiel fil-klassi tagħna u kien qagħad ikellimna fuq dan il-proġett li kien għadu fl-ewwel 10 snin tiegħu”.

“Dħuli, ċajtier u qatt ma jgerger” – Imut Frankie Cortis

“Dħuli, ċajtier u qatt ma jgerger” – Hekk iddeskrivew lil Frankie Cortis il-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza fejn għex ħafna minn ħajtu wara l-mewt ta’ ommu.

Titħassar il-Maratona tal-Volleyball b’risq Id-Dar tal-Providenza

Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u għal raġunijiet tas-saħħa pubblika fid-dawl tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, Il-kumitat organizzattiv ħass il-ħtieġa li jħassar il-Maratona tal-Volleyball li kienet ippjanata li ssir fit-3, l-4 u l-5 ta’ Lulju ta’ din is-sena.

Inawgurata sistema ġdida ta’ WiFi fid-Dar tal-Providenza

Ġiet inawgurata sistema ġdida ta’ WiFi fid-Dar tal-Providenza.

Imut Fredu Zahra mid-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza ħabbret il-mewt ta’ wieħed mir-residenti tagħha Fredu Zahra.

Filmat: Avveniment li għaqqad verament lill-poplu – L-Isqof Awżiljarju

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ddeskriva l-Festa ta’ Ġenerożità bħala avveniment li għaqqad verament lill-poplu Malti u Għawdxi.

Festa li wriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi – Fr...

Il-Festa ta’ Ġenerożità li saret nhar l-Ewwel tas-Sena wriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi. Dan qalu d-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef. Spjega li l-fondi kollha li nġabru lbieraħ se jmorru sabiex ikomplu jgħinu lid-Dar ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħha, kemm fis-Siġġiewi kif ukoll fid-djar li hemm fil-komunitajiet.

Festa ta’ Ġenerożità: Tinqabeż is-somma ta’ €1.36m

Il-Festa ta’ Ġenerożità bdiet fid-9am b’quddiesa mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-kappella tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.