Tag: Dar Anzjani

​Id-dar ġdida tal-anzjani se tkun l-ewwel waħda tal-Gvern f’Għawdex għall-miżżewġin

Id-dar ġdida li l-Gvern se jkun qed jibni għall-anzjani f’Għajnsielem se tkun l-ewwel waħda mmexxija mill-Gvern li tippermetti lil koppji anzjani Għawdxin jibqgħu jgħixu flimkien.

Sena u nofs oħra l-anzjani Għawdxin se jkollhom dar ġdida

L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar approvat l-applikazzjoni għall-proġett ta’ bini ta’ dar tal-anzjani f’Għajnsielem. Dan se jsir fi Triq l-Imġarr, fil-post fejn sa issa kien hemm Dar San Ġużepp.

Għada l-MEPA tiddeċiedi jekk taqax Dar San Ġużepp f’Għajnsielem

Il-proġett jinkludi twaqqiegħ ta’ parti minn Dar San Ġużepp u bini ta’ dar ġdida għall-anzjani, li se tkun imqassma fuq tliet sulari b’parkeġġ taħt l-art, restorant, kappella u faċilitajiet oħra.

Lift f’dar tal-anzjani jibda jaħdem wara xahrejn

Il-lift ewlieni fid-Dar tal-Anzjani fil-Furjana ssewwa fil-ġimgħat li għaddew, wara xahrejn ma jaħdimx.

​Anzjani jkollhom jibqgħu fl-istess sular għax il-lift ma jaħdimx

Jinsab għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-lift ewlieni fid-Dar tal-Anzjani fil-Furjana, li skont informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt ilu ġimgħat ma jiffunzjonax.

Awdjo: Kamra ġdida ta’ rilassament f’dar għall-persuni b’diżabilità

Din il-kamra ta’ rilassament tista’ tkun ferm t’għajnuna għar-residenti li jbatu bl-awtiżmu.