Tag: Clint Camilleri

Ritratti: Infjorata b’turija ta’ solidarjetà u b’messaġġ ta’ tama fl-Għarb

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, irringrazzja lill-Grupp Infjoraturi Għarb.

Rigal lill-irġiel kollha li jinsabu fi djar tal-anzjani

L-irġiel kollha li jinsabu fid-djar tal-anzjani tal-gvern u f’dawk id-djar fejn hemm arranġamenti ta’ public-private partnership kif ukoll djar fejn il-gvern jixtri s-sodod, il-Kumitat tal-Welfare fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-persuni b’Diżabilità tawhom rigal fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.

Kien hemm iktar minn bowl chips waħda – Ministru Camilleri

Il-Ministru għall-Għawdex Clint Camilleri qal li huma ma kissru l-ebda rakkomandazzjoni tas-Superintendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci meta flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela dehru f'ritratt qed jieklu f'restorant f'Għawdex.

35 student Għawdxi qed jieħdu l-benefiċċju tal-kera – Camilleri

Il-Ministu għal Għawdex Clint Camilleri qal fil-Parlament li bħalissa hemm 35 student Għawdxi li qed jieħdu l-benefiċċju tal-kera magħruf bħala students rental accommodation subsidy scheme.

€650 fis-sena għall-Għawdxin kollha li jaħdmu Malta

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li l-ħaddiema fis-settur privat se jingħataw ukoll €650 fis-sena f’sussidju li qed jieħdu l-ħaddiema tas-settur pubbliku.

Il-Kummissarju għall-Istandards mitlub jinvestiga d-direct order tal-lukanda f’Għawdex

Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola talab lill-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler sabiex jiftaħ investigazzjoni dwar l-imġieba tal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fejn tidħol id-direct order li nħarġet għal-lukanda Downtown fir-Rabat Għawdex.

BirdLife Malta bi kwerela biex jiġu rtirati l-liċenzji tal-kaċċa

BirdLife Malta ppreżentat kwerela lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jirtira l-liċenzji tal-kaċċa kollha maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex.

€55 kuljum għal kull sodda fid-Downtown

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żvela fil-Parlament li l-Gvern qed iħallas €54.79 kuljum għal kull spazju ta’ sodda li tintuża fil-lukanda Downtown.

Jitħaffef ix-xogħol fuq it-toroq f’Għawdex grazzi għall-coronavirus

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-Ministeru qed japprofitta mit-tnaqqis drastiku fit-traffiku bejn Malta u Għawdex, biex itejjeb it-toroq li jwasslu għall-Port tal-Imġarr. Camilleri kien qed iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet supplementari waqt il-ħin tal-mistoqsijiet.