Tag: Clifton Grima

91 żagħżugħ u żagħżugħa rikonoxxuti fil-programm Youth.inc

Youth.inc huwa programm ta’ esperjenza edukattiva għal żgħażagħ ta’ bejn l-età ta’ 16 u 21 sena.

Preżentazzjoni ta’ ċertifikati waqt ċelebrazzjonijiet tal-MQF 3 tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima preżentaw iċ-ċertifikati lill-istudenti ta’ MQF 3 fil-ħdax–il sena matul iċ-ċelebrazzjoni tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport .

Il-volleyball bħala mezz biex jitjiebu l-kundizzjonijiet soċjali u tas-saħħa

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat iffirma ftehim mal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Volleyball (CEV) u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball sabiex il-programm Ewropew Play Volleyball, Grow with it, jibda jsir f’Malta.

Ritratti: Jiġi fi tmiemu l-programm Young Parliamentarians

Dan il-programm jitmexxa fi tliet fażijiet. L-ewwel żewġ fażijiet huma opportunitajiet ta’ taħriġ biex iħejju liż-żgħażagħ b’ħiliet, bil-għan li jippreżentaw l-ideat tagħhom u jiddibattuhom quddiem l-isfida finali #ejjewniddibattu.

Filmat: 35 filmat fil-ġimgħa ta’ eżerċizzji fiżiċi online

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, li hu responsabbli miż-Żgħażagħ, l-iSport u l-Għaqdiet Volontarji se jkun qed iniedi l-"BeActive at Home" dalgħodu.

Jitħabbru l-finalisti għall-iSport Malta National Awards

Waqt ċerimonja fil-Mużew Marittimu fil-Birgu, is-semifinalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall- Clifton Grima, u tal-kumitat organizzattiv tal-avveniment. Grima qal li hu ta’ pjaċir għalih li jinnota s-suċċess li nkiseb mill-atleti fl-2019.

Filmati u Ritratti: Robert Abela dwar il-kabinett; il-ħatra fit-3.30pm

Il-mistoqsija fuq fomm bosta hija “meta se jkun qed jitħabbar uffiċċjalment il-Kabinett?” Dan hekk kif fis-sigħat li ġejjin, Robert Abela se jkun għalaq jumejn mill-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li Abela mistenni jiffinalizza l-membri tal-kabinett tiegħu illum.

“M’iniex komdu bis-sitwazzjoni”

Din kienet it-tweġiba ta’ Grima għall-mistoqsija jekk jekk jemminx li Keith Schembri u Konrad Mizzi għandhomx jirriżenjaw

Taf x’inhi l-kompetizzjoni bl-isem L-Isparatura?

L-Isparatura hija kompetizzjoni li tiġi organizzata kull sena mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Din il-kompetizzjoni hija l-akbar Sparatura fuq il-plattini tat-Timijiet li ssir f’Malta....

Il-konferenza Sport & EU; jattendu mall-100 professjonist u avukat tal-isport

Madwar 100 professjonist u avukati tal-isport minn madwar id-dinja jinsabu f’Malta, għall-ewwel darba, għall-14-il edizzjoni tal-konferenza internazzjonali dwar l-isport u l-Unjoni Ewropea imtella’ mill-Assoċjazzjoni...