Tag: ċinema

Parasite jirbaħ l-Oscar għall-Aqwa Film

Parasite rebaħ erba’ premijiet b’kollox waqt li l-film 1917 ta’ Sir Sam Mendes ħa tlieta. Dan il-film dwar l-Ewwel Gwerra Dinjija kien il-favorit biex jirbaħ l-Oscar għall-Aqwa Film iżda l-premjijiet kollha li rebaħ kienu kollha fil-kategoriji tekniċi.

L-Aqwa 100 film tas-seklu

Mad Max: Fury Road daħħal $500 million madwar id-dinja meta ħareġ ħames snin ilu. Dan jinħadem 120 days ġurnata u kien ilu jinħema kważi 20 sena qabel spiċċa fiċ-ċinema. L-attur Tom Hardy ħadem il-parti ta’ Max Rockatansky waqt li Charlize Theron dehret bħala Imperator Furiosa.

Klassi Għalina għall-aħħar darba

Klassi Għalina Vs Dragula għandu kitba u direzzjoni ta' Alan Cassar għal Square Wheel Entertainment. Jieħdu sehem Ray Attard, Andy Catania, Manwel Cucciardi, Trevor Mizzi. Marco Grech, Mario Gatt, Dominic Aquilina, Charles Nova, Maria Cassar Inguanez, Rainer Cassar, Joanna Kuzeljevic, Duncan Azzopardi, Romina Genuis Demanuele u Sonic - J Aquiilina fost oħrajn.

Filmat: Films x’nistennew għall-2020

Issa li bnejna sena ġdida jkun hemm bosta segwaċi tal-films li jistennew dawk il-films li ssemmew bil-bosta matul l-aħħar sena waqt li jkunu jinħadmu u għalhekk issa qed jistennewhom bl-akbar ħerqa.

L-attriċi Sissy Spacek tagħlaq 70

Spacek qatt ma kienet aspirat li ssir attriċi, u filfatt hi kienet qed timmira li ssir kantanta u taħt l-isem ta' Rainbo ħarġet is-single John You Went Too Far This Time. Kienet ukoll tagħmilha ta' mudella.

Verżjoni oħra ta’ Cats wara li tbiċċer

Hooper mill-ewwel kien qal li biex il-film inħareġ fil-ġurnata proprja bilkemm kienu tlestew l-effetti speċjali tiegħu u għalhekk kien hemm il-bżonn ta’ aktar logħob fuqu f’dan ir-rigward bla ma ntmiss il-ħin tiegħu.

Frozen 2 is-sitt film ta’ Disney li daħħal biljun dollaru din...

Iktar kmieni f’Diċembru Disney sar l-ewwel film studio fl-istorja li qabeż l-$10 biljun mad-dinja kollha, u dan sar qabel mhux se joħroġ Star Wars: The Rise of Skywalker fl-20 ta’ Diċembru.

80 sena ilu ħareġ Gone With the Wind

Gone With the Wind għandu tul ta’ tliet sigħat u 58 minuta. Jaħdmu fih Clark Gable, Vivien Leigh, Leslie Howard u Olivia de Havilland. Dak iż-żmien Clark Gable kien meqjus bħala Ir-Re ta’ Hollywood u l-preżenza tiegħu fil-film assigurat dħul sostanzjali fil-box office li kien sewa $3.85 miljun biex inħadem, somma kbira għal dawn is-snin. Finalment il-film kien daħħal madwar $390 miljun.

Se jinħarġu żewġ films ta’ Keanu Reeves fl-istess jum

Fl-2021 l-attur Keanu Reeves se jkun qed jikkompeti miegħu nnifsu fil-box office taċ-ċinema hekk kif għadu kif tħabbar li fl-istess jum se jkunu qed jinħarġu żewġ films li għandhom bħala protagonist lil dan l-attur.

Frozen 2 idaħħal $350 miljun f’jumejn

Il-kumpanija Disney qalet li s-sequel għamel rekord ġdid