Tag: Chelsea

Chelsea jitfgħu ħarsithom fuq Dean Henderson

Henderson huwa gowlkeeper mal-Manchester United li bħalissa qiegħed b'self ma' Sheffield United.

Il-futbol wieqaf … iżda l-interess fi transfers ma waqafx

It-timijiet Ingliżi Tottenham u Liverpool qed jippruvaw biex xi ħadd minnhom jakkwista lil Kostas Tsimikas, il-left-back ta’ Olympiakos tal-Greċja li għandu 23 sena.

Imut Peter Bonetti, “Il-Qattus” goalkeeper taċ-Chelsea

Bonetti lagħab għal żmien qasir fl-Istati Uniti ma’ St Louis Stars qabel ma temm il-karriera tiegħu ma’ Dundee United u Woking.

Il-lukanda ta’ Chelsea offruta lill-istaff mediku f’Londra

Is-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali (NHS) tal-Ingilterra aċċetta l-offerta li għamlu Chelsea. Roman Abramovich, il-propjetarju tal-klabb offra l-lukanda li hemm ġewwa Stamford Bridge lit-tim mediku. Abramovich offra l-lukanda lill-istaff li bħalissa qed jaħdem bla waqfien kontra l-kriżi li ġab miegħu l-coronavirus.

90 minuta ta’ miżerja għal Ancelotti ġewwa Stamford Bridge

Carlo Ancelotti kellu jgħaddi minn 90 minuta miżera fir-ritorn tiegħu ġewwa Stamford Bridge, din id-darba bħala l-maniġer ta’ Everton. Chelsea iddominaw lil Everton u b’hekk komplew saħħew posthom fir-raba’ post. Megħjuna mill-plejer ta’ 18-il sena Billy Gilmour, Chelsea bdew il-logħba b’tempo aktar mgħaġġel u marru fuq quddiem 14-il minuta mill-bidu tal-logħba. Kien Mason Mount li rnexxielu jiskurja l-ewwel gowl. Warajh kien imiss lil Pedro li wara li rċieva l-ballun mingħand Barkley, ma naqasx milli jsib ix-xibka.

Żmien kritiku għal Liverpool – Sadio Mane

It-tim ta’ Jurgen Klopp kien qed jimmira li jqum lura fuq saqajh wara li kellu riżultat diżappuntanti kontra Watford. Dan waqqfilhom ir-ritmu li kienu qabdu. Dan il-pjan ma ħadimx aktar tard fil-ġimgħa ġewwa Stamford Bridge. Liverpool bdew il-logħba b’seba’ tibdiliet mil-logħba li b’sorpriża tilfu kontra Watford, iżda l-pjan għar-rebħ xorta baqa’ ma mmaterjalizzax.

Marcos Alonso l-eroj ta’ Chelsea

Marcos Alonso għal darba oħra salva lil Chelsea wara li skurja gowl tard fil-logħba biex b’hekk kisbu punt kontra Bournemouth. L-Ispanjol kellu żmien xi ftit ħażin f’nofs il-ġimgħa meta tkeċċa waqt il-logħba li Chelsea tilfu 3-0 kontra Bayern Munich.

Il-VAR tammetti bl-iżball li ma keċċietx lil Lo Celso

It-tappini tal-midfielder baqgħu diħlin f’sieq id-difensur ta’ Chelsea. L-inċident ħallih bi wġigħ kbir f’siequ. Jidher iżda li ma weġġax b’mod gravi. Ir-referee Michael Oliver ma ħax azzjoni b’mod immedjat u l-VAR reġgħat rat l-inċident għal numru ta’ drabi minn diversi angoli.

United jieħdu r-ruħ u jirbħu kontra Chelsea

Manchester United ħadu ftit tar-ruħ u avvanzaw fil-klassifika wara li rebħu bl-iskor ta’ 2-0 kontra Chelsea. It-tim ta’ Frank Lampard tħallew lampa stampa wara li kontinwament id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-VAR marru kontrihom.

Ziyech ta’ Ajax għal ma’ Chelsea: se jiswihom €40 miljun

Il-partitarji kienu fuq ix-xwiek biex jaraw x’inhu jiġri wara li l-kap ta’ Ajax Erik ten Hag ikkonferma dan. Ajax ħarġu l-aħbar permezz ta’ stqarrija fuq is-sit elettroniku tal-klabb. L-istqarrija kienet tgħid li Ajax u Chelsea qablu biex isir it-trasferiment ta’ Hakim Ziyech.