Tag: Charles Mercieca

Tal-mistħija li l-Ewropa se jkollha tbaxxi l-istandards għall-Maltin fl-EPPO – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa tal-mistħija li l-Kummissjoni Ewropea se jkollha tbaxxi l-istandards għal adwk li japplikaw minn Malta għal kariga ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-uffiċċju tal-EPPO.

Mercieca jmur kontra l-pariri ta’ avukatessa li mexxiet il-każ kontra Caruana...

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-avukat Charles Mercieca mhux biss mexxa minn wara dahar l-Avukat Ġenerali, iżda wkoll kontra l-parir tal-avukatessa mill-istess uffiċċju li kienet responsabbli mill-każ u mill-ispettur fil-kawża. Dan dwar il-każ ta' Francis Caruana, fejn Mercieca bidillu sentenza ta’ ħabs f’waħda ta’ probation.

Charles Mercieca ‘dawwar’ sentenza ħabs għal probation minn wara dahar l-AĠ...

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qal li l-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell Kriminali dawret sentenza ta' ħabs kontra Francis Caruana, uffiċjal pubbliku li ammetta li wettaq frodi, hedded biex jakkwista xi ħaġa u ħasil ta' flus ta’ €32,000, f'sentenza ta' probation. Żied jgħid li dan sar wara li l-Avukat Charles Mercieca għamel ftehim (patteġjament) minn wara dahar l-AĠ.