Tag: Central Link

Il-PM falla l-ewwel test tiegħu fil-qasam ambjentali – Team Start PN

B’referenza għax-xogħol li jinsab għaddej fuq il-proġett tas-Central Link, iż-żgħażagħ Nazzjonalisti sostnew li l-kontinwità li wiegħed Abela “qed tkun fl-arroganza u n-nuqqas ta’ konsiderazzjoni lejn dak li jgħajjixna.” Qalu li jistennew aħjar minn gvern li jgħid li għandu għal qalbu liż-żgħażagħ. Qalu li minflok, il-gvern mhu se jħalli xejn warajh ħlief konkos u tarmac.

Slaleb ħomor fuq siġar f’Ħ’Attard; “mhux se jitqaċċtu”

L-entità tgħid li s-slaleb ħomor ma sarux minnha

Filmat: Trasport pubbliku b’xejn flok is-Central Link – Għaqda

L-organizzazzjoni Extinction Rebellion Malta qed tapella biex minflok il-proġett tas-central link il-Gvern jimplimenta politika li ssaħħaħ l-ambjent u l-iżvilupp ekonomiku fit-tul.

Fearne u Abela għandhom iwaqqfu x-xogħol fuq is-Central Link – PN

Il-Partit Nazzjonalista sostna li ż-żewġ kandidati għal Mexxej tal-Partit Laburista għandhom minnufih jaraw li x-xogħol li beda fuq il-proġett tas-Central Link jitwaqqaf sakemm jintemm l-appell pendenti.

Jibda x-xogħol fuq il-proġett tas-Central Link

Propju dalgħodu, il-kuntrattur ta’ Infrastructure Malta bdiet il-ħidma fuq il-Proġett tas-Central Link. Fi stqarrija Infrastructure Malta spjegat li l-proġett li se jiswa €55 miljun se jwassal sabiex jinqos il-ħin fl-ivjaġġar, titjieb il-kwalità tal-arja u jinħolqu spazji aktar siguri għall-mezzi tal-ivjaġġar alternattivi fir-rotta ta’ toroq ewlenin bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali.

It-Tribunal jiċħad l-appell kontra s-Central Link

F’Awwissu, li għadda, 15-il NGO tal-ambjent u residenti appellaw fil-Qorti kontra l-permess biex isir il-proġett tas-Central Link. Sostnew li dan huwa appell għall-ambjent, għas-saħħa tar-residenti u għas-sostenibilità; imma l-iżjed appell kontra l-abbuż tas-sistema tal-ippjannar għall-bini.

Il-PN u l-PL jgħidu tagħhom dwar il-fuel, is-Central Link, u sfruttament...

F’sensiela ta’ stqarrijiet fi ftit sigħat, il-PN tkellem dwar iż-żieda fil-prezz tal-fuel, dwar il-każ tal-150 persuna li nstabu jgħixu fi blokka appartamenti f’Buġibba, u...

“Infrastructure Malta tmexxi bla permessi; il-ħsara ma titranġax” – 15-il NGO...

15-il NGO tal-ambjent u residenti appellaw fil-Qorti kontra l-permess biex isir il-proġett tas-Central Link. Sostnew li dan huwa appell għall-ambjent, għas-saħħa tar-residenti u għas-sostenibilità;...

Serqu siġra mis-Saqqajja – Borg

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li nsterqet waħda mill-100 siġar li tħawwlu mill-Gvern fit-Telgħa tas-Saqqajja.Fuq Facebook Borg qal li f’inqas minn 24 siegħa, waħda...