Tag: Canale 5

Filmat: “Sejħuli Franġisku” – film dwar il-Papa tal-Poplu

Il-film jirrakkonta dwar iż-żgħożija tiegħu, il-vokazzjoni tiegħu u l-formazzjoni tiegħu, sal-ħatra tiegħu bħala Papa fl-2013.

Il-Papa Franġisku f’intervista esklussiva fuq it-TV

L-intervista ġiet rekordjata fir-residenza Santa Marta fil-Vatikan. Papa Franġisku se jkun qed jindirizza diversi suġġetti, fosthom il-pandemija, il-vaċċin, l-inkwiet fl-Istati Uniti, l-abort, il-politika u kif inbidlet ħajtu minħabba l-virus.

Imut Philippe Daverio ta’ Striscia La Notizia

It-tim ta' Striscia La Notizia sellem il-memorja ta' Daverio waqt li wassal ukoll il-kondoljanzi lill-qraba tiegħu.

Ritratti: DayDreamer fil-ħin ta’ filgħaxija

Konxji mis-suċċess ta' din il-produzzjoni, Canale 5 qed jippjana li jkompli għaddej bl-episodji ta' din is-sensiela popolari billi jxandarha fil-ħin ta' filgħaxija.

DayDreamer ikompli mil-lum

Ayhan hi deċiża li tikkonvinċi lil Ceycey biex jitgħarras magħha.

Film dwar il-ħajja ta’ San Franġisk

Tfaqqa’ rewwixta f'Assisi fejn in-nies komuni jkeċċu n- nobbli mill-belt.

Ħames logħbiet taċ-Champions League fuq Canale 5

Tnejn minn dawn mistennija li joħolqu bosta interess għal min isegwi dawn il-logħbiet għax dawn se jkunu jissieltu erba’ timijiet kbar.

Jikkonfoffa kontra ħuh

Waqt festin fid-dar ta’ Can u Emre, Sanem tispiċċa biex taqa’ fil-pixxina. Nihat u Mevkibe jiddeċiedu li jbiegħu n-negozju tagħhom. Emre u Aylin ikomplu jikkonfoffaw kontra Can, u din id-darba jżeffnu fin-nofs lill-mudella Arzu Tas.

Jibdew jinkixfu s-sigrieti

Wara l-gala kbir li jkun sar f'għeluq l-40 sena tal-kumpanija, Metin, l-avukat tal-kumpanija, jiżvela ma' Can il-vera raġuni li missieru kien jinsab assenti.

Aktar films maħduma f’Malta fuq Canale 5

Paul Portelli, Mark Mifsud, Joe Azzopardi, Alan Paris, Marc Cabourdin, David Ellul-Mercer u Malcolm Ellul huma fost l-atturi li jieħdu sehem f'dawn il-films.