Tag: BWSC

Pullicino jakkuża lill-Gvern li qed jiddevja għax inqabad jigdeb

Il-Prim Ministru għandu jerfa’ r-responsabiltà politika talli l-Gvern inqabad jigdeb, billi qabel l-elezzjoni ġenerali ddeskriva kemm-il darba l-impjant tal-BWSC fil-powerstation ta’ Delimara bħala “fabbrika tal-kanċer” u fl-aħħar jiem iddeskrivih, f’rapport lill-Kummissjoni Ewropea, bħala impjant ta’ enerġija nadifa.

Il-Gvern hu mibni “fuq gideb u propoganda” – Simon Busuttil

​Waqt programm tar-radju li jixxandar fuq Radio 101, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Gvern hu mibni fuq xejn iktar apparti gideb u propoganda.

Awdjo: Rapport tal-Gvern juri li l-impjant tal-BWSC jaħdem b’enerġija nadifa –...

F’rapport li l-Gvern Malti bagħat lill-Kummissjoni Ewropea, l-impjant tal-BWSC jiġi deskritt bħala “parti mill-isforzi tal-pajjiż biex jimxi lejn enerġija nadifa”.

Il-Gvern intrabat li jixtri l-elettriku “bl-għoli” – George Pullicino

Il-kelliem Nazzjonalista George Pullicino, fil-Parlament illejla, ikkritika lill-Gvern li, fi kliemu, għażel li jixtri l-elettriku bl-għoli minħabba li pprefera jixtri l-elettriku kollu meħtieġ mingħand il-privat bi prezz fiss ta’ 9ċ6 għal kull unit għal numru ta’ snin minflok terz tal-prezz għall-elettriku li jista’ jixtri permezz tal-interconnector.

Is-sejħa għall-impjant il-ġdid tal-enerġija se tkun ippubblikata fil-11 t’ April

Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi ħabbar li s-sejħa internazzjonali għall-impjant il-ġdid tal-enerġija se tkun ippubblikata fil-11 t’ April.