Tag: Bundesliga

Titħabbar id-data ta’ meta se jkompli l-Bundesliga

Waħda mil-logħbiet fl-ewwel ġurnata se tkun id-derby bejn Schalke u Borussia Dortmund. L-għada l-Ħadd ikun imiss il-logħba bejn iċ-champions preżenti Bayern Munich u Union Berlin. Bayern Munich bħalissa qegħdin fil-quċċata tal-klassifika b’vantaġġ ta’ erba’ punti.

Se jerġa’ jibda jintlagħab il-futbol fil-Ġermanja

Dan se jkun l-ewwel kampjonat kbir fl-Ewropa li jirritorna għall-kompetizzjoni. Id-data għat-tkomplija għandha tiġi konfermata mill-Kampjonat Ġermaniż tal-Futbol (DFL) nhar il-Ħamis li se tkun jew fit-tmiem tal-ġimgħa 16-17, jew fit-23-24 ta’ Mejju. Il-logħbiet kollha se jintlagħbu wara bibien magħluqa.

Filmat: “Il-Bundesliga se titkompla, minkejja li b’format differenti” – Thiago Alcântara

Bl-għan li l-plejers jibqgħu f’forma fiżika tajba, Bayern u t-tim ta’ kowċis immexxi minn Hansi Flick preparaw reġim ta’ taħriġ virtwali, li skont Thiago Alcântara, f’intervista online mal-fundatur ta’ Malta Together Mark Weingard, issa evolviet f’sessjonijiet ta’ taħriġ fi gruppi żgħar. Thiago qal li għalih kien mument ta’ serħan il-moħħ enormi meta reġa’ lura fil-grawnd u miss il-ballun. Hu jemmen li l-Bundesliga se titkompla kif suppost sal-aħħar tal-istaġun, għalkemm b’formatt differenti, sal-aħħar tax-xahar li ġej.

Bayern jiksbu biss punt kontra Hertha Berlin

Bayern Munich fallew milli jiksbu tliet punti fl-ewwel logħba tal-Bundesliga kontra Hertha Berlin. Robert Lewandowski skurjja l-ewwel gowl tal-istaġun, iżda dan ma kienx biżżejjed...

​Plejer isolvi problema ta’ viżibiltà għar-referì

Inċident kurjuż waqt logħba tal-Bundesliga fil-Ġermanja.