Tag: birthdays

“Kuljum ngħożż in-nies f’ħajti” – Stephanie

Fl-1988 irrappreżentat lil Malta fil-konkors internazzjonali ta' Miss Universe

Dan il-kantant illum jagħlaq 61 sena. Għaraftu?

Meta kien iżgħar Charles kien jilgħab il-futbol mat-tim ta' taħt it-18-il sena mal-Belt Valletta iżda ma damx ma rrealizza li l-kitarra u l-mużika iktar kienu jgħoddu għalih. Fl-1979 ħa sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Jiena M’Għandi Xejn ...ħlief. Sena wara ħareġ l-ewwel album tiegħu bħala solista bl-isem ta' Lilek Inħobbok.

Dan il-kantant illum jagħlaq 34 sena. Għaraftu?

Ta' 19-il sena huwa telaq lejn Londra biex jitħarreġ aktar fil-mużika fil-Vocaltech College u wara bosta auditions irnexxielu wkoll jieħu sehem fi musical li ttella' fil-London Palladium. Kien wasal ukoll sat-tielet fażi ta' X Factor UK.

Din il-preżentatriċi llum tagħlaq 49 sena. Għaraftha?

Matul is-snin ippreżentat bosta programmi oħra bħal Puss 'N Boots, u Gourmet.

“Jistħoqqlok l-aħjar talli ssagrifikajt ħajtek biex tgħinni” – Bjorn lil Maria

Bjorn u Maria ilhom miżżewġin minn Diċembru tal-2016. Flimkien qed jaħdmu biex titlesta Dar Bjorn biex tkun tista' tilqa' u tgħin ħafna nies li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS.

Din il-kantanta llum tagħlaq 44 sena. Għaraftha?

Fi ftit ġimgħat oħra se tkun qed tniedi dwett ma' Kurt Anthony.

Din l-attriċi llum tagħlaq 29 sena. Għaraftha?

Ftti tas-snin ilu rajneiha wkoll tipparteċipa fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetti Zingara u Mill-Bidu Nett.

Din l-attriċi llum tagħlaq 56 sena. Għaraftha?

Mill-ġimgħa d-dieħla se nkunu qed narawha fis-sensiela L-Ispettur ta' Mario Philip Azzopardi, li se tkun qed tixxandar nhar ta' Tnejn filgħaxija fuq TVM.

Dan l-attur u preżentatur illum jagħlaq 52 sena. Għaraftu?

Kien jaħdem f'bosta sensiliet fosthom anke Santa Monika.

Ġurnata speċjali għal “missier” Fra Mudest

Charles huwa miżżewweġ lil Mary nee’ Casingena u għandu tlett ulied, Stefania, Mark u Kristjana, li hija attriċi li fost oħrajn interpretat lil Ġiżimina fis-sensiela Ġiżelle. Charles u amrtu Mary huma wkoll nanniet.