Tag: Bbc

Il-plejers nominati għall-Plejer tas-Sena Afrikan 2014

Fost in-nominati hemm Yaya Toure li hu r-rebbieħ tas-sena li għaddiet u li reġa’ ġie nominat għas-sitt sena konsekuttiva.

Il-pajjiżi kollha “għandhom sehem” fil-ġlieda kontra l-Ebola

Il-President Liberjana Ellen Johnson Sirleaf qalet li d-dinja kollha għandha sehem fil-ġlieda kontra l-Ebola.

Awdjo: Chris Packham jgħid fuq il-BBC li l-kaċċa f’Malta qisha l-apokalissi

Chris Packham jippreżenta wkoll programm ambjentali fuq il-BBC u l-intervista ġiet irrappurtata wkoll fuq is-sit elettroniku tal-istazzjon Ingliż.

Eks kelliema tal-Gvern jgħidu li qatt ma marru korsijiet tal-PAI

Ikkuntattjati minn Newsbook.com.mt, l-eks kapijiet ta’ komunikazzjoni taħt Gvern Nazzjonalista bejn l-1999 u l-2013, ikkonfermaw li huma la qatt marru dawn is-seminars u lanqas bagħtu kelliema oħra tal-Ministeri.

Ikkonfermat li Uffiċjali tal-Gvern qed jattendu kors tal-PAI

Il-kors tal-Maltin jismu “Government: Image & Communication” u din mhix l-ewwel okkażjoni fejn uffiċjali mill-Gvern Malti qed jattendi għal korsijiet mogħtija mill-PAI.

Aġġornata: Il-PROs tal-Gvern ma jinsabux il-BBC

Il-kelliema tal-BBC qalet li l-ebda ġurnalisti Maltin ma huma skedati li jingħataw taħriġ mill-Akkademja tal-BBC fil-ġimgħat li ġejjin

Filmat ġdid biex tinstab Madeleine McCann

L-appell dwar l-għejbien tat-tifla mistenni jittieħed l-Olanda u l-Ġermanja l-ġimgħa d-dieħla

BBC: Direttur b’dixxendenza Maltija fost l-investigati

Marcus Agius huwa fost seba’ diretturi tal-BBC li qed jiġu investigati dwar ħlas ta’ kumpens qawwi ta’ flus lil numru ta’ impjegati tal-kumpanija.

Awdjo: “Enerġija biex tkompli għaddej”- Gianluca Bezzina

Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet, l-istess kanzunetta kienet mal-aqwa 40 tal-klassifika Ingliża, skont ir-radju BBC Radio 1.

Aġġornata bl-awdjo: L-elezzjoni ġenerali f’Malta minn lenti Ewropea

L-Elezzjoni Ġenerali f'Malta qed tiġi rrapportata wkoll mill-mezzi tax-xandir internazzjonali