Tag: Basketball

Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Bryant u bintu

Tħabbar meta l-leġġenda tal-basketball Kobre Bryant u bintu Gianna se jingħataw l-aħħar tislima. Is-servizz se jsir fl-24 ta’ Frar ġewwa Los Angeles Staples Center. Dan ġie żvelat minn Los Angeles Times. S’issa għadu ma kienx hemm aħbar b’mod formali, u l-ħin għadu mhux magħruf. Fl-istess post kienu saru ċ-ċerimonjo ta’ Michael Jackson u Nipsey Hussle.

Filmat: “Kienu jgħiduli biex ma nagħmilx PE; kont nipprova xorta”

Aquilina spjega kif l-imħabba għall-isport nibdtet minn tfulitu. Qal li hu qatt ma ħalla d-diżabilità tiegħu twaqqfu milli jkompli mat-tfal l-oħrajn waqt il-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika (PE). Qal li bosta adulti kienu jgħidulu biex joqgħod lura. Sostna li kien jaf li huma kienu qed jgħidulu dan għall-ġid tiegħu, imma kien jipprova xorta waħda. Qal li kien jipprova bil-mod tiegħu u kien jirnexxielu xorta.

Lakers jonoraw lil-leġġenda tal-NBA: Kobe Bryant

Los Angeles Lakers onoraw lil-leġġenda tal-NBA Kobe Bryant waqt il-logħba li ntlagħbet nhar il-Ġimgħa billi poġġew flokk b’kunjom Kobe fuq kull siġġu. Il-flokkijiet kienu kollha sofor u kellhom in-numru tmienja jew 24 fuqhom.

Titkellem għall-ewwel darba mart Kobe, Vanessa

L-armla ta’ Kobe Bryant, Vanessa, għaddiet l-ewwel kummenti tagħha mindu l-inċident li kien involut fih ir-raġel tagħha u bintha ta’ 13-il sena. F’post fuq Instagram li kien jinkludi ritratt tal-familja kollha, hi qalet li tinsab iddispjaċuta ferm. Stqarret li ma għandiex biżżejjed kliem biex tesprimi l-uġigħ li qed tħoss.

Kobe Bryant u bintu ta’ 13-il sena jmutu f’inċident bil-ħelikopter

Il-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant miet f’inċident b’ħelikopter fl-Istati Uniti.

Quinn Cooper u Hannah Johnson: il-BOV Plejers tax-Xahar

Quinn Cooper u Hannah Johnson ta’ Depiro huma l-BOV Plejers tax-Xahar għal Diċembru 2019. Quinn Cooper rebaħ l-unur għall-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni.

3×3 basketball introdott f’xi skejjel Maltin

Il-Kumitat Olimpiku Malti f’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Wheelchair Basketball niedu kampanja biex jippromov t-3x3 basketball fl-iskejjel. Il-proġett se jkun qed isir bejn...

“Missieri ħalliena ftit tal-ħin ilu”; imut Emmanuel Mangani

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Emmanuel Mangani li għal snin twal kien attiv fis-settur tal-basketball, fejn anke kien iservi bħala referee.Dan tħabbar minn ibnu Mark...

Jinġabru €15,000 għall-Istrina

€1,500 minnhom inġabru waqt l-attivitajiet li saru llum filwaqt li l-kumplament kienu donazzjonijiet mingħand l-impjegati, id-diretturi u l-kumpanija stess.

Maratona tal-Basketball b’risq l-Istrina fl-14 ta’ Diċembru

Fl-14 ta’ Diċembru se tittella’ Maratona tal-Basketball kontinwu fil-padiljun tal-Basketball f’Ta Qali bil-għan li jinġabru fondi għall-Istrina.