Tag: Bashar Al Assad

Il-President Sirjan ma jridx jikkopera mal-Amerikani

Il-President tas-Sirja Bashar al-Assad qal li l-Gvern Sirjan qed jirċievi messaġġi ta’ koalizzjoni mmexxija mill-Istat Uniti kontra l-grupp tal-Istat Iżlamiku.

Obama jikkunsidra jbiddilx il-pjan kif jattakka lill-Istat Iżlamiku

Il-fatt li l-Istati Uniti se jbiddlu l-mod ta’ kif se jimxu mat-terroristi, hi ammissjoni li l-istrateġija tal-bidu kienet ħażina, jiġifieri li jattakka lill-Istat Iżlamiku mingħajr ma jikkonċentra fuq it-tmexxija tas-Sirja.

It-Turkija tibda tagħlaq il-fruntieri tagħha

It-Turkija bdiet tagħlaq il-fruntieri tagħha mas-Sirja wara li iktar minn 130,000 rifuġjat Kurd daħlu fil-pajjiż fl-aħħar jumejn.

Sirja: 22 mejta waqt attakk bil-bombi

22 persuna nqatlu fil-belt ta’ Deraa fin-nofsinhar tas-Sirja waqt attakk bil-bombi mir-ribelli fuq grupp ta’ partitarji tal-president Bashar Al Assad.

Allegazzjonijiet ġodda dwar attakki kimiċi fis-Sirja

Il-gvern u l-oppożizzjoni tas-Sirja qed jakkużaw lil xulxin li tefgħu gass velenuż f’attakk kimiku fuq villaġġ ilbieraħ.

Il-President Sirjan Bashar al-Assad m’għandu l-ebda ħsieb li jirriżenja

Bashar al-Assad qal ukoll li l-kariga tiegħu mhix se tkun diskussa fit-taħdidiet ta’ paċi li jmiss nhar l-Erbgħa.

Fil-messaġġ lill-Papa l-President Sirjan jisħaq li lest jiddiskuti għall-paċi

F’messaġġ lill-Papa Franġisku, il-President Sirjan Bashar al-Assad saħaq li l-Gvern tiegħu lest li jipparteċipa f’diskussjonijiet dwar il-paċi li se jsiru x-xahar id-dieħel.

Sirja: Jiżdiedu l-vittmi wara numru ta’ attakki fit-tmiem il-ġimgħa

Seba’ persuni tilfu ħajjithom wara li karozza bomba splodiet viċin skola primarja fis-Sirja

Ir-reġim Sirjan jibda jibgħat id-dettalji tal-armi kimiċi

Ir-reġim Sirjan bagħat id-dettalji tal-ħażna tal-armi kimiċi bħala parti mill-qbil bejn il-Gvern Amerikan u r-Russja. Is-Sirja ingħatat sa għada s-Sibt biex tgħaddi l-lista sħiħa tal-armi kimiċi li għandha.

Sirja: Il-Ġnus Maqgħuda nkwetata li r-reġim qed jispara fuq l-isptarijiet

Il-Ġnus Maqgħuda qed tgħid li l-qasam tas-saħħa hu aspett allarmanti ta’ dan il-kunflitt hekk kif l-attakki qed iwasslu biex il-morda u l-midruba ma jiġux trattati kif xieraq.