Tag: Banek

Aktar miżuri mill-BOV: Depożitu ta’ ċekkijiet u muniti

Il-BOV ħabbar għadd ta’ miżuri oħra biex fid-dawl tal-imxija tal-coronavirus ikompli jnaqqas il-ħtieġa li l-klijenti jżuru l-Fergħat tal-Bank. Fost dawn il-miżuri hemm tibdil fil-mod kif jiġu depożitati ċ-ċekkijiet għal ħaddieħor u depożiti ta' flus fil-banek.

Il-bankiera kontra taxxa fuq il-profitti tal-banek

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera qalet li l-windfall tax jaf ikollha riperkussjonijiet devastanti fuq l-ekonomija u l-istabbiltà finanzjarja ta’ Malta. Hija qalet li tinsab imħassba serjament dwar is-sejħiet li qed isiru biex tiġi imposta windfall tax fuq il-profitti tal-banek. Intqal ukoll li din hija idea għaż-żmien qasir u ma tħarisx fit-tul filwaqt li ħeġġet kontra l-impożizzjoni ta’ taxxa bħal din li tista’ tidħol fuq il-profitti għolja tal-banek.

Filmat: Iċ-ċekkijiet issa jistgħu jiġu depożitati minn persuni terzi – Bank...

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ direttiva ġdida dwar miżuri li jikkonċernaw iċ-ċekkijiet fejn fost l-oħrajn se jippermettu li l-persuni li ma jistgħux iżuru fergħat tal-banek jew fornituri ta’ servizzi finanzjarji jkunu jistgħu jiddepożitaw ċekk permezz ta’ persuni terzi.

L-akbar bank Awstraljan se jitlaq minn Malta

L-akbar bank tal-Awstralja se jitlaq minn Malta, skont kelliem għall-Commonwealth Bank of Australia.

L-HSBC se jnaqqas 180 ħaddiem

L-HSBC ikkonferma se jkun qed inaqqas in-numru ta' impjegati b'180. Dan tħabbar fi stqarrija li fiha l-bank qal li l-iskema volontarja tal-irtirar...

Sant jappella lil Lagarde biex tħares il-banek żgħar f’pajjiżi żgħar

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant appella sabiex il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew tindirizza l-qagħda ta’ banek żgħar u medji li joperaw f’pajjiżi żgħar. 

Malta wieħed mis-17-il pajjiż b’cyberattack mill-Korea ta’ Fuq

ABC News irrapporta li esperti tan-Nazzjonijiet Magħquda qed jinvestigaw tal-inqas 35 darba li 17-il pajjiż spiċċa vittma ta' attakk ċibernetiku (cyberattack) tal-Korea ta' Fuq...

Filmat: “M’aħniex ngħidu li m’hawnx kwistjonijiet finanzjarji” – Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern mhux qed jgħid li m'hawnx kwistjonijiet finanzjarji f'Malta, iżda skontu, ħafna nies b'aġenda kontra Malta għandhom f'moħħhom...

Malta għandha bżonn aktar banek – Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta għandha bżonn aktar banek biex jagħtu servizz lill-ekonomija li qed tikber.Dan qalu waqt l-indirizz tiegħu fil-konferenza tal-aħbarijiet...

“Il-banek jagħmluha diffiċli biex ħaddiema barranin ikollhom kont”

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-banek Maltin qed jagħmula diffiċli biex ħaddiema barranin jiftħu kontijiet bankarji.Meta kien qed iwieġeb mistoqsija supplementari tal-Kap tal-Oppożizzjoni...