Tag: Assoċjazzjoni Medika Maltija

Il-protest kontra l-miżuri tal-Covid-19 bla sens u bla bażi – MAM

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) ikkundannat il-protest kontra l-miżuri ta’ mitigazzjoni dwar il-firxa tal-coronavirus fil-pajjiż u sejħitilu “bla sens u bla bażi”. Intant appellat lill-Kabinett u lill-Prim Ministru sabiex jiddikjaraw Emerġenza ta’ Saħħa Pubblika.

Il-MAM ma teskludix azzjonijiet industrijali minħabba l-attivitajiet tal-Milied

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) ħarġet kundanna ħarxa tad-deċiżjoni li ssir l-attività Christmas in the City fil-Belt għal żmien il-Milied.

Il-PM qed jinkwieta aktar fuq it-turiżmu milli fuq is-saħħa – MAM

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qalet li l-Prim Ministru Robert Abela huwa aktar preokkupat fuq is-settur tat-turiżmu milli s-saħħa tan-nazzjon. Dan qalitu fi stqarrija qasira llum fejn innutat ukoll li l-Prim Ministru Robert Abela jidher li qed jibdel fehmtu dwar jekk għandhomx jidħlu fis-seħħ aktar miżuri biex titnaqqas il-firxa.

Robert Abela, bħal Trump, mhux qed jimxi max-xjenza – Balzan

Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija Martin Balzan sostna li l-Prim Ministru Robert Abela, bħall-President tal-Istati Uniti Donald Trump mhux qed jimxi max-xjenza li hemm madwar il-coronavirus.

Il-MAM testendi d-direttivi sal-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) sostniet li l-każi ġodda tal-coronavirus illum, l-Erbgħa, mistennija jilħqu rekord ġdid. Intant qalet li b’rabta ma’ dan, u diversi fatturi oħrajn relatati mall-coronavirus u l-mod rapidu kif qed jinfirex fil-pajjiż, il-MAM se tkun qed testendi l-perjodu fejn id-direttivi tagħha jibqgħu segwiti sal-14 ta’ Awwissu.

Ċans ta’ mewta għal kull 75 każ tal-coronavirus fil-ġimgħat li ġejjin...

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) sostniet li skont ma ġara bejn Marzu u Ġunju, wieħed jista’ jipprevedi li se jkun hemm mewta għal kull 75 każ fi żmien erba’ u sitt ġimgħat.

L-immigranti m’għandhom l-ebda tort fiż-żieda tal-każi – Il-MAM tikkritika l-PM

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) kkritikat lill-Prim Ministru Robert Abela u nsistiet li l-immigranti salvati mill-għarqa m’gaħndhom l-ebda tort fiż-żieda tal-każi tal-coronavirus fil-komunità.

Fuq 103: Qed inżidu r-riskju fuq ħajjitna bl-attivatijiet tal-massa?

Nitkellmu dwar dan ma' Dr Martin Balzan, il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija waqt Newsbook Hour fuq 103 Malta's Heart.

Tobba diżappuntati li l-Gvern qed ipoġġi l-ekonomija qabel is-saħħa

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) li tirrappreżenta t-tobba li jaħdmu fil-pajjiż, esprimiet id-diżappunt tagħha wara d-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ. L-assoċjazzjoni sostniet li l-Gvern qed ipoġġi l-ekonomija qabel is-saħħa taċ-ċittadini tiegħu.