Tag: Angelus

L-Anġelus u l-Udjenza Ġenerali se jkunu mxandra live

It-talba tal-Anġelus ta’ għada, li ssir mill-Papa, se ssir mil-Librerija tal-Palazz Appostoliku u mhux mit-tieqa bħas-soltu li tagħti għal fuq il-pjazza. It-talba se tkun qed tiġi mxandra live mill-Vatican News u fuq screens fi Pjazza San Pietru.

Angelus – kunċert ta’ mużika sagra

Il-Medina Foundation for Music tippreżenta Angelus, kunċert ta’ mużika sagra bis-sehem ta’ uħud mill-aqwa mużicisti Maltin - is-solisti Karen Gatt Darmenia, Claire Massa, Joseph Aquilina u  James Vella...

“Id-dinja qed tipprova taħbi l-persekuzzjoni tal-Insara” – Papa Franġisku

Dan fid-dawl ta’ żewġ attakki li ħallew 14-il persuna mejta u għexieren midruba fil-Belt ta’ Lahore fil-Pakistan

“Soċjetà li twarrab lill-mara, hija soċjetà sterili” – Papa Franġisku

Fi tmiem tat-Talba tal-Angelus, il-Papa Franġisku sellem lin-nisa kollha “li jaħdmu, kuljum, biex jibnu soċjetà aktar miftuħa u umana.”

Awdjo: Waqt l-Anġelus il-Papa jitlob għas-Sirja, l-Iraq u l-Venezuela

Wara t-talba tal-Anġelus, il-Papa Franġisku fakkar fil-Popli tas-Sirja u l-Iraq u qalilhom li qatt ma jista’ jinsihom.

“Ġorru Bibbja magħkom matul ir-Randan; iftħu widnejkom” – Il-Papa

Spjega kif fid-deżert, kulħadd jisma’ kemm il-vuċi t’Alla kif ukoll dik tax-xitan, u li għalhekk hu tajjeb li persuna ġġorr il-Bibbja u tagħmel tal-inqas għaxar minuti kuljum tirrefletti fuq il-qari.

Il-Papa se jżur Sarajevo f’Ġunju

Il-Bosnja-Ħerzegovina tħaddan tliet Reliġjonijiet prinċipali; il-poplu huwa maqsum bejn Islamiċi, Ortodossi u Kattoliċi

Attenti biex ma tinqabdux biss fil-preparamenti tal-Milied – Papa Franġisku

Waqt l-Anġelus fl-aħħar Ħadd tal-Avvent, il-Papa għamel riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ meta l-Arkanġlu Gabriel ħabbar lill-Madonna li kellha tkun omm Alla.

Il-Papa jbierek il-bambini u jqassam ktieb bit-talb

Wara l-Anġelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku indirizza lit-tfal preżenti u qalilhom biex jiftakru fih meta jkunu qed jgħidu t-talb tagħhom quddiem il-bambini mbierka. Bħala sorpriża, il-Papa qassam aktar minn 50,000 ktieb żgħir bit-talb lil dawk kollha li kienu preżenti.

It-tjieba ta’ Alla m’għandhiex limitu – Papa Franġisku

Fl-Anġelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku qal li t-tjieba ta’ Alla m’għandhiex limitu u li ma tiddiskriminax hekk kif kulħadd għandu l-opportunità li jwieġeb għas-sejħa tiegħU.