Tag: Aġenzija Sedqa

“L-ebda droga mhi rikreattiva; il-kannabis fiha l-perikli wkoll”

Erba’ NGOs li fost l-oħrajn jgħinu persuni bil-vizzju tad-droga appellaw lill-persuni influwenti kollha sabiex filwaqt li jgħinu fit-tnaqqis ta’ stigma għal persuni li jużaw is-sustanzi, jaraw li jwasslu l-messaġġ lit-tfal u l-adoloxxenti li l-ebda droga ma fiha valur rikreattiv. Qalu li hemm bżonn li jkun hemm ukoll kuxjenza li kull droga, inkluż il-kannabis, għandha l-perikli tagħha.

143 familja fuq il-lista ta’ stennija għall-protezzjoni tat-tfal

Is-servizz ta’ protezzjoni tat-tfal fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) sal-1 ta’ Lulju 2019 kellha 143 familja fuq il-lista ta’ stennija sabiex jiġu...

Filmat: “L-għadd ta’ persuni li jabbużaw mid-droga mhuwiex allarmanti” – Grixti

Alfred Grixti, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Benessri Soċjali (FSWS), qal li n-numru ta' persuni li jabbużaw mid-droga mhuwiex allarmanti, speċjalment meta kkumparat mas-sitwazzjoni barra...

Programm li se jgħin biex “jibni l-kunfidenza fost it-tfal”

L-Aġenzija Sedqa reġgħet nediet mill-ġdid il-programm B.A.B.E.S. –Beginning Addictions Basic Education Studies li huwa mmirat biex joħloq għarfien preventiv minn etajiet żgħar ħalli b’hekk...

Filmat: Il-ħolm tat-tfal għall-Milied jiġi mwettaq kollu

Elfejn tifel u tifla li ma kienux se jaqilgħu rigali fil-Milied minħabba raġunijiet varji, twettqilhom il-ħolm tagħhom hekk kif il-kampanja Children’s Dreams ġabret ir-r-rigali...

Il-ħajja ta’ vittmi tad-droga miġbura fi ktieb

‘Ħajja ħielsa mid-droga. Flimkien b’għan wieħed’ huwa l-ktieb ippubblikat wara l-interventi u l-kontribuzzjoni tal-kelliema li taw sehemhom matul il-konferenza nazzjonali fil-Jum Internazzjonali kontra l-abbuż...

Aħseb qabel ma tixrob! – Aġenzija Sedqa

Is-Sedqa sostniet li hija ħaġa perikoluża li tħallat ix-xorb mas-sewqan