Tag: Aġenzija Korrettiva

Filmat: “Mhux kull kriminal għandu jintbagħat il-ħabs”

Filwaqt li jemmen li fil-pajjiż hawn bżonn ta’ ħabs, Prof. Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, sostna li mhux kull min wettaq kriminalità għandu jiskonta sentenza l-ħabs għar-rijabilitazzjoni tiegħu.

“B’pixxina mad-dar u ddispraw ġewwa, aħseb u ara priġunier li ħadulu...

Fi żmien meta f’Malta kien hawn il-lockdown parzjali u ħafna kienu qed jibqgħu d-dar, kien hemm għexieren ta’ persuni fosthom persuni li għandhom dar kbira, bil-pixxina u l-ġnien, li sostnew li qed jiddispraw ġewwa. Id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, Prof. Andrew Azzopardi, qal li meta wieħed li għandu kollox jiddispra, aħseb u ara priġunier li jgħix f’ċella fejn lanqas id-drittijiet bażiċi tiegħu m’huma qed jiġu rrispettati.