Tafu li fl-Istati Uniti kull Amerikan qisu xtara roll toilet paper?

Doug McMillon, il-kap eżekuttiv ta’ Welmart, fost l-akbar supermarkets fl-Istati Uniti, qal li f’dawn l-aħħar ħames ijiem tant biegħu rollijiet tat-toilet paper li jfisser daqslikieku li  kull Amerikan xtara roll wieħed.

Dan il-kliem jissuġġerixxi li l-klijenti Amerikani xtraw aktar minn 329 miljun rollijiet ta’   toilet paper fil-ġenn li kien hemm kaġunat mill-paniku fix-xiri tal-paniku tal-koronavirus.

McMillon ħeġġeġ lix-xerrejja ma jiffangawx fl-affarijiet li jixtru. Skont hu x-xerrejja għandhom jixtru bħalma kienu jixtru regolarment. U fejn jidħol it-toilet paper assigura lill-klijenti li għandhom stokk biżżejjed biex ifornu lil kulħadd.

Il-provvista fuq l-ixkafef tal-hand sanitizers qed tinħataf ukoll u l-ħwienet kważi mhux qed ilaħħqu mad-domanda. Appenna jistokkjaw l-ixkafef mill-ġdid fi ftit ħin dawn qed jitbattlu minn dawk li jaħsbu li kollox se jispiċċa fi żmien qasir.