Taf x’inhu Ninjutsu?

Michael Kel Gutiza minn BBD Malta Ninjutso Dojo, tela’ għall-grad ta’ Shodan, jiġifieri rebaħ iċ-ċintorin l-iswed tal-ewwel grad fil-BBD Ninjutsu.

In-Ninjutsu huwa tip ta’ martial art li beda fil-Ġappun aktar minn 1000 sena ilu. Bħala dixxiplina, huwa juża l-movimenti naturali tal-ġisem u japplikahom għat-tekniki fiżiċi. Din id-dixxiplina tintuża ħafna bħala difiża.

L-eżami li temm Michael b’suċċess għamluh numru ta’ studenti internazzjonali oħra mill-BBD Ninjutsu, proprju fil-35 sena anniversarju tal-kumpanija, li ilha miftuħa fil-Fgura u ż-Żurrieq f’Malta għall-aħħar 11-il sena.

Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattjahom fuq dan l-indirizz kevinc2911@gmail.com jew iżżur dan is-sit: https://www.facebook.com/bbdmalta.ninjutsu.