Taf x’inhi l-kompetizzjoni bl-isem L-Isparatura?

L-Isparatura hija kompetizzjoni li tiġi organizzata kull sena mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Din il-kompetizzjoni hija l-akbar Sparatura fuq il-plattini tat-Timijiet li ssir f’Malta. Din kienet l-24 edizzjoni tal-Isparatura u saret fir-Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja.

Din is-sena pparteċipaw 22 tim minn għaqdiet u kumitati li huma affiljati mal-FKNK. B’kollox kien hemm 132 tiratur, kollha membri tal-Federazzjoni. Apparti l-kompetizzjonijiet tat-timijiet u tal-individuals, din is-sena saru wkoll kompetizzjonijiet għat-tiraturi juniors u dawk veterani.

Ir-riżultati kienu dawn li ġejjin:

Timijiet

1st: San Ġwann/Swieqi

2nd: Mellieħa

3rd: Ħaż-Żebbuġ B

4th: Ħaż-Żebbuġ A

Individuals

1st: M. Bugeja

2nd: N. Borg

3rd: L. Caruana

Juniors

1st: J. Azzopardi

2nd: A. Vella

3rd: L. Gafa

Veterani

1st: C. Aquilina

2nd: L. Stellini

3rd: N. Tonna

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport u l-Għaqdiet Clifton Grima qassam il-premijiet lir-rebbieħa fi tmiem l-edizjoni ta’ din is-sena.