Filmat: Taf xi ħadd miet bil-Covid-19?

Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ Għawdex se ssir ċelebrazzjoni ta’ talb li tiffoka fuq l-opra tal-ħniena “idfen il-mejtin”. Din se ssir nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru fit-8pm bħala parti mill-proġett ‘Fejn hu ħuk?’. Ħa jsir talb b’mod partikolari għall-vittmi li mietu bil-Covid-19. Se jsir talb għall-qraba tagħhom peress li din il-pandemija ġabet tbatija ta’ firda anke waqt l-marda, mewt u funeral.

Il-Bażilika ta’ San Ġorġ qiegħda tistieden lill-qraba u ħbieb ta’ dawn il-vittmi biex jibagħtu email jew messaġġ u jagħtu d-dettalji tal-vittmi. Jekk iridu jistgħu jibagħtu ritratt tal-persuna biex joffru talb għalihom. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun imxandra fuq Xejk TV.

Email adress: fejnhuhuk@gmail.com

Mobile number: 79990234