Taf x’għandek tagħmel jekk tbati biex tqum?

Jekk int wieħed minn dawk li tbati biex tqum filgħodu, tista’ tadatta din ir-rutina, biex tnaqqas l-istress u tkun iktar produttiv matul il-ġurnata. 

  • Ippjana x’se tilbes filgħodu mil-lejl ta’ qabel 
  • Ħejji ikel tajjeb għas-saħħa u poġġih fil-friġġ
  • Uża alarm tradizzjonali minflok l-alarm tal-mowbajl. Il-mowbajl jista’ jkun ta’ tentazzjoni, u wieħed jista’ faċilment jispiċċa juża l-mowbajl minflok iqum u jibda l-ġurnata. 
  • Ixrob l-ilma malli tqum. Wara sigħat ta’ rqad, il-ġisem ikun niexef. 
  • Ifrex is-sodda. Le mhux ħela ta’ ħin. Se żżid mal-affarijiet fil-lista, imma tagħtik ċertu sodisfazzjon. 

Għalkemm mhux faċli għal ħafna li jsibuha iebsa biex iqumu filgħodu, dawn il-pariri jistgħu jwasslu biex wieħed jara differenza f’qasir żmien.