Taf x’għandek tagħmel jekk imdejjaq fuq ix-xogħol?

Tilwima industrijali avviżi legali ERB

Jekk inti mdejjaq fuq ix-xogħol, m’għandekx tipprova taħbi dan u taġixxi bħallikieku kollox sejjer sewwa. L-ewwel ħaġa li wieħed jagħmel meta jħoss emozzjonijiet negattivi bħal dwejjaq, ansjetà u rabja hija li jipprova jinjorahom.

Professur f’Università Amerikana tirrakkomanda li wieħed għandu jesprimi r-rabja tiegħu, wara li jkun għamel dan;

  1. Inqata’ mis-sitwazzjoni

Jekk tħoss li s-sitwazzjoni qed tiggrava, inqata’ ‘l bogħod mis-sitwazzjoni kemm tista’ u pprova kkalma. Għid lil dawk ta’ madwarek “Qed inħossni rrabjata dwar u semmi s-sitwazzjoni x’inhi”. Agħtuni ftit minuti biex nikkalma, imma ejja nitkellmu u nirrisolvu s-sitwazzjoni.” Din tagħtik iċ-ċans tikkomunika b’mod iktar effettiv u ċar.

  1. Tagħmilx is-sitwazzjoni agħar billi tuża kliem esaġerat bħal “qatt” jew “dejjem”

Ħsibijiet ta’ rabja ħafna drabi jistgħu jkunu esaġerati jew drammatiċi, skont l-Għaqda Psikoloġika Amerikiana (APA)

  1. Ifhem li l-persuna l-oħra probabbilment ma tafx li qed iddejqek, u kellimha

Ħafna drabi, il-persuna li taħseb li qed tirrabjak ma tirrealizzax li qed tagħmel dan. Għalhekk huwa tajjeb li tifhem li l-persuna l-oħra m’għandhiex intenzjonijiet ħżiena u li għalhekk tajjeb li tiddiskuti magħha dwar kif qed tħossok bl-aġir tagħha.