Taf min għamel din it-tattoo?

Biex jikkommemora l-akbar rebħa li qatt rebaħ fil-karriera tiegħu, il-plejer ta’ Liverpool Jordan Henderson għamel tattoo tat-trofew emlematika taċ-Champions League. Huwa għamel din it-tpenġija fuq siequ x-xellugija u taħt it-trofew kiteb id-data ta’ meta flimkien ma’ sħabu rebaħ dan il-kampjonat prestiġjuż.

L-istilla ta’ 29 sena li twieled Sunderland għamel it-tpinġija waqt li kien fuq btala ġewwa Kalifornja. L-artist li għamillu t-tpinġija, Tommy Montoya li jaħdem fil-ħanut Kockwork Tattoo Club 333, tella’ ritratt fuq snapchat tiegħu nnifsu ma’ Henderson kif ukoll ritratt tat-tattoo.