​Taf kif tista’ tgħin lil 280 pazjent morda bil-kliewi f’Malta?

F’Malta bħalissa hawn madwar 280 pazjent morda bil-kliewi.
Is-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Kliewi li tfakkar ilbieraħ, qed jispjega kif minbarra t-trattamenti regolari permezz ta’ magni tad-dijaliżi, il-pazjenti morda bil-kliewi spiss jirċievu trasfużjonijiet tad-demm biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ ċelloli ħomor tad-demm kawża tal-istess marda.
Barra minn hekk, is-Servizz jixtieq li iktar nisa jitħajru biex jirreġistraw bħala donaturi tad-demm, biex il-paragun ta’ reġistrazzjonijiet bejn nisa u rġiel ikun eqreb. Bħalissa hemm 44% ta’ nisa li jagħtu d-demm.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm.
Nhar il-Ħadd li ġej, iċ-Ċentru Pastorali fi Triq iż-Żurrieq, il-Qrendi se jkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8.30am sas-1.30pm.
Nhar it-Tlieta li ġej, id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikun disponibbli bejn is-1pm u l-5pm.