Taf kif tista’ taħli inqas flus?

Xi kultant huwa diffiċli biex taqta’ linja bejn x’għandek bżonn, xi trid u l-bqija tal-imbarazz li tixtri. Il-mistoqsija tibqa’, kif se tieqaf tixtri dan l-imbarazz kollu? 
1. Tixtrix doppju – ħafna drabi n-nies jonfqu flushom fuq affarijiet li diġà għandhom id-dar. Tkun idea tajba jekk qabel tagħmel xi xirja tipprepara lista tal-affaijiet li veru għandek bżonn. 
2. Dak kollu li hu pprezzat aktar milli suppost – jekk ħafna mid-drabi tidħol f’ħanut u tixtri dak li tara b’għajnejk, agħmel pass lura. Dur naqra xi ħwienet oħra qabel tixtri għax taf issib l-istess oġġett bi prezz irħas. 
3. Prodotti għoljin ħabba li għandhom isem – sakemm m’hemmx xi bżonnijiet partikolari, oqgħod attent! Ħafna minn dawn il-prodotti huma ppreżentati b’mod isbaħ mill-bqija sabiex jiġbdulek l-attenzjoni. Iżda l-kwalità mhux bilfors hija aħjar, u ħafna drabi tixtrihom biz-zalza. 
4. Oġġetti ta’ darba u tarmi – jekk għadek tuża minn dawn l-oġġetti, bħal xi tazzi u rpużati, agħmel ftit sforz u ixtri prodotti li tista’ terġa' tuża għal aktar minn darba bħal eżempju tazzi tal-ħġieġ jew tal-plastik oħxon