Taf għaliex mhux jirnexxielek tirqaq?

eżerċizzju ħxuna tirqaq miżien

Li tagħmel l-eżerċizzju regolarment huwa importanti ħafna għas-saħħa, iżda hemm ħafna pariri dwar x’għandek tagħmel biex iżżomm ruħek f’saħħtek, li huma inkorretti. Allura liema huma l-ikbar gidbiet li jingħadu dwar is-saħħa?

L-eżerċizzju ma jgħinx inaqqas l-effetti negattivi tax-xjuħija: Il-Verità: Eżerċizzju regolari huwa ta’ benefiċċju kemm għall-ġisem kif ukoll għall-moħħ. B’hekk jgħin biex inaqqas l-effetti negattivi tax-xjuħija.

Metaboliżmu dewwiemi huwa r-raġuni għaliex wieħed jeħxien meta jikber: Il-Verità: Il-metaboliżmu tagħna bilkemm jinbidel wara li nagħlqu 30 sena

Biex tibqa’ “fit” trid tagħmel xi forma ta’ eżerċizzju darba jew darbtejn fil-ġimgħa? Il-Verità: Li tagħmel eżerċizzju darba jew darbtejn fil-ġimgħa mhux biżżejjed biex iżżomm ruħek f’saħħtek. Biex tara riżultat, skont psikologu espert fil-qasam, trid tagħmel l-eżerċizzju bejn tlieta u ħames darbiet fil-ġimgħa.

L-aħjar ħin biex tagħmel l-eżerċizzju huwa filgħodu: Il-Verità: L-aħjar ħin huwa dak l-iktar konvenjenti għalik. Ma tagħmilx differenza f’liema ħin tal-ġurnata tagħmel l-ezerċizzju.

Billi terfa’ l-“weights” tibdel ix-xaħam f’muskoli: Il-Verità: Ix-xaħam qatt ma jista’ jinbidel f’muskoli. Dan it-tip ta’ eżerċizzju jgħin biex tinbena l-“muscle tissue” madwar il-“fat tissue”.

Għalhekk oqgħod attent! Temminx kull ma jgħidulek dwar is-saħħa u l-eżerċizzju.