Taf anzjani li ilhom miżżewġin ħafna?

Taf anzjani li ilhom miżżewġin ħafna? Int tista’ tinnominahom għall-Premju Anzjanità Attiva 2017.
F’konferena tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis spjega li din is-sena se jingħata rikonoxximent ta’ tliet peremji ġodda: Premju Anzjanità Attiva Sportiva, Permju Anzjanità Akkademika u Premju Koppja Miżżewġa.
Premju Koppja Miżżewġa huwa għal dik il-koppja li ilha miżżewġa u li ħalliet l-imħabba tegħleb l-isfidi.
Premju Anzjanità Sportiva se jippremja lil dawk l-anzjani li l-aktar li baqgħu attivi fil-qasam sportiv. 
Diversi anzjani jattendu l-università tat-tielet età u oħrajn jattendu korsijiet li jiġu mħejjija mill-kunsilli lokali jew entitajiet oħrajn fejn jindirizzaw ħiliet varji. Għaldaqstant se jingħata l-Premju Anzjanità Akkademika għald ak l-anzjan li baqa’ għaddej fl-istudji tiegħu.
Persuni minn 60 sena ’l fuq huma eliġibbli li jkunu nominati għal dawn il-premjijiet. Dawn iridu jkunu nnominati minn żewġ persuni differenti li ma jkunux qraba tagħhom. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu approvati min-nominat jew min-nominata. In-nominazzjonijiet infetħu u jagħlqu nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru 2017. In-nominati jistgħu jiġu kkunsidrati għal aktar minn premju wieħed.