Tadic segwit minn Ajax

It-tim Olandiż jinsab f’taħdidiet ma’ Southampton sabiex jakkwista lill-midfielder offensiv Dusan Tadic. Il-plejer ta’ 29 sena qed jipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja mas-Serbja u kien magħżul mal-ewwel ħdax fir-rebħa kontra l-Kosta Rika.

Tadic ħa sehem f’41 logħba u skurja 7 gowls matul l-istaġun li għadda ma’ Southampton li kienu fil-periklu li jiġu relegati. Hu għad fadallu sentejn kuntratt mat-tim tal-Premier League Ingliż iżda jidher li huwa interessat f’ritorn lejn l-Olanda.

Is-Serb qatta’ żewġ staġuni ma’ Groningen qabel ingħaqad ma’ Twente fejn skurja 32 gowl f’85 logħba.

Mark Hughes iffirma kuntratt ġdid ta’ tliet snin wara li għen lil Southampton jibqgħu fil-Premier League Ingliż. Madanakolu The Saints għadhom m’għamlu l-ebda akkwist.

Miġjub lilek minn Hublot