Riċetta u ritratt: Rose Spiteri
Ingredjenti
tadam naqra kbir u mhux misjur ħafna.
Ross
Couscous jew quinoa
żebbuġ
kappar imqatta’
nagħniegħ
ħabaq
pesto
tonn taż-żejt
Metodu
Aħsel u naddaf it-tadam minn gewwa billi taqta’ l-biċċa ta’ fuq u tneħħi ż-żerriegħa u l-laħam ta’ ġewwa. Armi ż żerriegħa.
Qatta l-laħam tal-ġewwieni tat-tadam f’biċċiet żgħar
Żid miegħu ftit ross mgħolli jew couscous jew quinoa, żebbuġ u kappar imqatta’ u nagħniegħ u ħabaq frisk jew ftit pesto kemm tiggosta.
Jekk trid żid it-tonn taż -żejt ukoll.
Ħawwad kollox flimkien, imla t-tadam u kessaħ.
Tajbin bħala kontorn, għal ħdejn il-baħar jew anki biex tieħu miegħek ix-xogħol.