Read in English.
Permezz ta’ Peter, il-kelb tad-Dwana, inqabdu kważi €12,000 mhux iddikjarati.
Il-flus instabu ġol-hand luggage ta’ Malti li kien fi triqtu lejn Istanbul fit-Turkija.
Wara li bix-xamm tiegħu, il-kelb indika li kien hemm xi ħaġa mhux f’postha, il-passiġġier ġie mistoqsi kemm qed iġorr flus. Huwa wieġeb li hu konxju tal-liġi u li ma kellux aktar minn €8,000 flus kontanti fuqu.
L-uffiċjali ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus ma kinux konvinti mit-tweġiba tiegħu u meta fittxew fl-affarijiet tiegħu sabu kważi €10,000. Fil-bagalja li kien diġà għamel iċ-check-in biha sabu €2,000 oħra. B’hekk b’kollox sabulu €11,980 flus kontanti.
Huwa ngħata multa fuq il-post stess, filwaqt li għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ xi attività illegali li jaf hemm għaddejja.