Tad-Dwana jsibu 7,200 sigarett tal-kuntrabandu f’karozza u garaxx

It-Taqsima tad-Dwana interċettat karozza ta’ bejjiegħ tas-sigaretti tal-kuntrabandu. Il-karozza twaqfet f’Ħ’Attard u fil-bagoll instabu 2,740 sigarett.

L-Uffiċjali tad-Dwana komplew bit-tfittxijiet tagħhom fil-garaxx ta’ sid il-karozza fil-Pietà. Hemm sabu 4,460 sigarett ieħor tal-kuntrabandu. B’kollox il-persuna nstab li kellha 7,200 sigarett tal-kuntrabandu. Din l-operazzjoni saret il-bieraħ wara xhur ta’ osservazzjoni mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana.