Tabib Taljan ifieq kompletament mill-Ebola

Fieq kompletament il-pazjent Taljan li f’Novembru li għadda kien laqqat il-virus tal-Ebola.
It-tabib, Fabrizio Pulvirenti, qal li se jqatta’ ftit ħin mal-familja fi Sqallija imma mbagħad irid jirritorna fi Sjerra Leone biex ikompli x-xogħol li beda.
Mid-demm tiegħu se jieħdu plasma biex ifejqu pazjenti speċjalment fl-Afrika.
Pulvirenti kien wieħed minn 22 każ barra l-Afrika, li fiequ mill-virus tal-Ebola.