Tabib tal-familja jwissi li l-bżonnijiet mediċi u ekonomiċi huma differenti

A commuter wears a protective face mask while waiting at a bus terminus in Valletta
A commuter wearing a protective face mask waits at a bus terminus, after Malta imposed a 14-day quarantine on all arrivals on the island in a bid to stop the spread of coronavirus, in Valletta, Malta March 13, 2020. REUTERS/Darrin Zammit Lupi

It-Tabib Joseph Ferriggi qal li dan hu l-mument tal-verità fil-kriżi li ġabet magħha l-imxija tal-coronavirus, u jeħtieġ li din il-kwistjoni ma tkunx ippolitiċizzata, billi titħares is-saħħa fuq kollox, qabel l-ekonomija.

Ferriggi kiteb fuq Facebook illi meta tneħħew xi miżuri fl-1 ta’ Mejju, l-awtoritajiet qalu li qed jieħdu dawn id-deċiżjonijiet abbażi tax-xjenza, imbagħad jassessjaw is-sitwazzjoni biex jaraw ikunx hemm lok li jitneħħew jew jittaffew aktar miżuri.

Issokta jgħid li 14-il jum wara dan, fil-15 ta’ Mejju, il-każijiet żdiedu mhux ħażin, tant li qabżu l-10, b’kawża li anke l-R factor għola iżjed minn 1. Spjega kif filwaqt li l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li se jqisu din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla biex jassessjaw is-sitwazzjoni mill-ġdid, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tkellmet fuq l-illaxkar tal-miżuri, u dan hu sinjal ta’ diskussjonijiet li qegħdin isiru internament fil-Gvern.

It-tabib qal li minkejja dawn id-dikjarazzjonijiet kunfliġġjenti li jħawdu lill-pubbliku, b’mod speċjali lill-anzjani, apparti l-kriżi ekonomika, trid titqies dik medika wkoll, li l-kurvi tagħhom, spjega t-tabib, qatt m’huma se jiltaqgħu. Żied jgħid li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne huwa l-uniku wieħed li bħalissa qed jilbes iż-żewġ kpiepel, u filwaqt li għandu fiduċja sħiħa fih, Ferriggi wissa li din il-kwistjoni ma tridx tkun politiċizzata.

Huwa qal li dan hu l-mument tal-verità li se jiddetermina l-effett tal-coronavirus fuq Malta, u li l-bżonnijiet ekonomiċi u mediċi huma differenti.

Ilbieraħ il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ddiskuta l-possibbiltà li Malta tillaxka l-miżuri għas-sajf, u mbagħad terġa’ tissikka la tasal ix-xitwa. Dan peress li fis-sajf jonqos il-mard respiratorju, u għaliex Malta tiddependi mit-turisti li jżuruha fis-sajf ekonomikament.

My THIRD Article re Covid 19. Good morning Today l am writing in English as l was asked to do so for all to…

Posted by Joseph Ferriggi on Saturday, May 16, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn