Tabib minn New York pożittiv għall-Ebola

Tabib minn New York instab pożittiv għall-vajrus tal-Ebola wara li wasal lura fl-Istati Uniti mill-Guinea.
It-tabib huwa Craig Spencer, u kien jikkura pazjenti bl-Ebola meta kien qed jaħdem għall-għaqda tal-karità Medecins Sans Frontieres. Huwa telgħalu d-deni ftit jiem wara li wasal l-Istati Uniti. Dan huwa l-ewwel każ ta’ Ebola fi New York u r-raba’ wieħed fl-Istati Uniti.
It-tabib għandu 33 sena u kien telaq lejn il-Guinea fl-14 ta’ Ottubru. Biex mar lura l-Istati Uniti huwa għadda mill-Ewropa. Malli ħassu għajjien u telgħalu d-deni, kellem minnufiħ tabib ieħor fejn aktar tard kellu jittieħed lejn sptar fejn qed jinżamm iżolat.
Jidher li t-tabib Spencer mar jiġri qabel ma beda jħossu ħażin.
Sa issa l-Ebola ħalliet mal-4,800 vittma, l-parti l-kbira minnhom mil-Liberja, l-Guinea u Sierra Leone.