Tabib Malti jiskopri trattament ġdid għall-għadam

Il-bioloġista Dr Christopher Vidal, flimkien ma' seba’ riċerkaturi oħra għamel skoperta fi trattament tal-osteoporożi.
Filwaqt li s’issa m’hemmx trattamenti li jkabbru l-għadam, Dr Vidal għamel erba’ snin ta’ riċerka fl-Università ta’ Penrith f’New South Wales fl-Awstralja, fejn studja ċ-ċelloli li jiffurmaw u jsaħħu l-għadam.
L-istudju qed isir fuq ċelloli staminali umani ġejjin mill-adulti, filwaqt li jaraw kif jaħdmu flimkien ma’ kimiċi, li jiffurmaw aktar għadam milli xaħam.
Qal ukoll li l-affett li l-kimiċi jħallu fuq l-organi mhux dejjem ikun pożittiv u li għad irid isir tibdil.
Meta mistoqsi jekk wieħed jistax jevita milli jħalli din il-kundizzjoni tiżvilluppa, Dr Vidal qal li persuna tista’ tnaqqas iċ-ċans billi tiekol dieta tajba b’prodotti ta’ kalċju u vitamina D, kif ukoll tagħmel eżerċizzju fiżiku li jistrapazza l-għadam.
Dr Vidal spjega li l-osteoporożi taffetwa l-għadam tal-ġisem tan-nies avvanzati fl-eta’.
Qal li l-għadam jibqa’ jifforma sakemm persuna tagħlaq 30 sena, u li mbgħad jibda jiddetorjera.
Sostna li din hi problema tal-komunità minħabba li l-popolazzjoni qed tikber.
Kompla jispjega li persuna ma tħossx xejn għal bidu.
Temm jgħid li l-fondi għal dan l-istudju jkunu jistgħu jwasslu għall-iżvilupp fil-kumpaniji tal-farmaċewtika.