Tabib Malti fl-investigazzjoni tal-virus Ċiniż

New Jersey News Network

It-tabib Malti Dr Gouden Galea mexxa grupp ta’ persuni fiċ-Ċina u ċċekkjaw u analizzaw il-kundizzjonijiet ta’ Wuhan minħabba l-coronavirus.

Galea ilu jaħdem mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa mill-1998 u f’April 2018 huwa nħatar rappreżentant tal-WHO f’Beijing fiċ-Ċina.

Fil-jiem li għaddew Galea mexxa grupp ta’ persuna fiċ-Ċina sabiex jiċċekkjaw il-kundizzjonijiet f’Wuhan. F’din il-Belt jgħixu madwar 11-il miljun persuna.

Il-grupp kien magħmul minn ħames persuni li żaru laboratorju lokali, ċentru fejn jikkotrollaw il-mard u sptar. Galea tkellem ma’ diversi ħaddiema fil-qasam tal-kura, spetturi tal-epidemoloġija u uffiċjala, li kollha spjegaw kif l-awtoritajiet qed isegwu, jitrattaw u jikkumbattu din il-marda.

Fl-intervent tiegħu Dr Galea spjega li huwa ferm differenti li wieħed iħares lejn iċ-ċifri minn fuq il-karta għal li jkun fiżikament hemm u jitkellem mal-professjonisti li qed jassistu lil dawk li ntlaqtu minn din il-marda.

Sabiex tlaħħaq mad-domanda u tindirizza n-nuqqas fir-riżorsi mediċinali, iċ-Ċina qed tibni sptar li hu mistenni li jkun lest f’ħamest ijiem.