Ħelsien mill-arrest għat-tabib li ‘seraq mediċina’ mill-Isptar ta’ Għawdex

Tabib li jaħdem fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tressaq il-Qorti b’rabta ma’ serq ta’ mediċina li normalment tintuża għat-tnaqqis tal-uġigħ waqt il-ħlas.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li t-tabib instab li kellu diversi kaxxi ta’ pethidine, proprjetà tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.