Tabib jidħol jispara ġo sptar fi New York

Raġel armat daħal jispara ġo sptar fi New York, qatel tabib u weġġa’ sitt persuni, b’ħamsa minnhom qed isofru ġrieħi gravi.
Aktar tard ir-raġel, li qatel lilu nnifsu, kien identifikat bħala tabib li kien jaħdem fl-istess sptar.
Is-Sindku ta’ New York Bill de Blasio qal li l-awtoritajiet mhux qed jikkunsidraw l-att bħala wieħed terroristiku.
Kompla jgħid li ħamsa minn dawk li weġġgħu fl-attakk qed jissieltu għal ħajjithom u li t-tabiba maqtula kienet mara.
Skont il-Pulizija, ir-raġel li wettaq l-attakk kien liebes ġagaga bajda tat-tobba.