Tabib jagħti droga li ttejjeb il-prestazzjoni lill-plejers tal-Premier League

Il-Gvern Ingliż ordna li ssir inkjesta dwar il-mod kif l-Anti-Doping Agency tal-Renju Unit, imxiet fid-dawl ta’ allegazzjonijiet li tabib Ingliż għen plejers tal-Premier League u atleti oħra biex jieħdu drogi li jtejbu l-prestazzjoni.
Skont il-gazzetta Sunday Times, Mark Bonar, tabib privat f’Londra kien qed jitħallas eluf kbar ta’ liri biex jgħin futbolers tal-Premier League biex jieħdu dawn id-drogi.
Il-gazzetta tispjega li b’mod sigriet iffilmjat lit-tabib jgħid li kien qiegħed jagħti droga li ttejjeb il-preskrizzjoni lill-150 sportiv professjonali fl-aħħar sitt snin.
Diversi atleti li l-gazzetta ppruvat tkellem, jew qalu li qatt ma ltaqgħu ma’ Bonar jew inkella ddeċidew li ma jagħtux kummenti.
Il-Gvern fetaħ l-investigazzjoni wara li tkellem atleta whistleblower kien kien ipprojbit milli jieħu sehem f’attivitajiet sportivi minħabba li kiser regoli kontra d-doping fl-2014.