Read in English.
Tabib ġie arrestat nhar is-Sibt li għadda fuq allegat abbuż sesswali ta’ minuri. Skont sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt, it-tabib inżamm fil-lock-up tal-Pulizija sal-Ħadd.
Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata mill-Pulizija li qalu lil din il-kamra tal-aħbarijiet, li arrestaw raġel b’rabta ma’ “servizzi sesswali minn minuri”.
Il-minuri, li llum għandu 17-il sena għamel rapport dwar allegat abbuż u qed jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha.
Sorsi qalu li saru tfittxijiet fuq il-minuri qabel ma ngħata l-kunsens uffiċjali. Il-Pulizija qalet li l-minuri ma nżammx għall-interrogazzjoni kif qed jiġi allegat.
Filwaqt li ma setgħux jikkonfermaw li r-raġel arrestat kien tabib, ir-raġel stess ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li kien arrestat.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ, li dwaru nfetħet inkjesta maġisterjali.