Tabib Amerikan jintlaqat mill-virus tal-Ebola

Tabib Amerikan infettat bil-virus tal-Ebola ittieħed fi sptar f’Atlanta għall-kura fejn se jingħaqad ma’ kollega ieħor li wkoll huwa infettat b’dan il-virus.
It-tabib Kent Brantly li kien qed jaħdem ma’ grupp umanitarju fl-Afrika ittieħed lura b’ajruplan privat mgħammar apposta biex jgħabbi pazjenti b’mard infettiv.
Hu rrappurtat li l-virus tal-Ebola beda’ madwar 40 sena ilu fl-Afrika.
Uffiċċjali tas-Saħħa qed jiltaqgħu biex jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn sabiex dan il-virus jieqaf milli jinxtered.
Tul din is-sena, dan il-virus diġa ħasad il-ħajja ta’ aktar minn 720 persuna f’Guinea, Sierra Leone u l-Liberja.