Tabella barra raħal fl-Italja tqajjem kontroversja

Barra raħal qrib Brescia, fl-Italja ta’ fuq, twaħħlu tabelli li qed jiġbdu l-attenzjoni tal-midja.
Minbarra isem ir-raħal, Pontoglio, il-kunsill lokali waħħal ukoll tabella b’dikjarazzjoni.
“Dan hu post ta’ kultura tal-Punent u bi tradizzjoni profonda Nisranija. Min għandu l-intenzjoni li ma jirrispettax il-kultura u t-tradizzjonijiet lokali qed jiġi mistieden biex jitlaq”.
Bla dubju, it-tabella rċeviet l-approvazzjoni ta’ wħud u kritika ta’ oħrajn.