Ta’ Sesame Street jgħinu waqt il-pandemija

Dawk ta’ Sesame Street qed jagħtu wkoll sehemhom biex jgħallmu u jferrħu lit-tfal waqt dan iż-żmien tal-coronavirus meta jkunu d-dar u ma jattendux l-iskejjel. Fost dawn ingħaqdu wkoll diversi attriċi u kantanti.

L-episodju ta’ nofs siegħa li ntwera l-bieraħ l-Erbgħa wera lil Elmo ma’ Anne Hathaway, Lin-Manuel Miranda u Tracee Ellis Ross, bint il-kantanta leġġendarja Diana Ross.

Il-producers qalu li l-episodju għen lit-tfal isibu modi ġodda ta’ kif jilagħbu u jitgħallmu flimkien. L-episodju ħa l-forma ta’ video conference fejn il-karattri kantaw, lagħbu u żifnu.

Ellis Ross lagħbet il-logħba ta’ Elmo Says, Miranda kantat siltiet minn Old McDonald Had a Farm waqt li Hathaway u Elmo żifnet għall-mużika ta’ Head, Shoulders, Knees and Toes.

Waqt il-programm dehru wkoll Grover, Cookie Monster and Abby Cadabb.

Anne Hathaway, Lin-Manuel Miranda u Tracee Ellis Ross

Steve Youngwood, il-president tal-organizzazjoni Sesame Workshop li ttella’ l-programmi ta’ Sesame Street, qal li l-ħsieb tagħhom hu li jispira familji f’dan il-mument meta bosta qed iħossu rwieħhom iżolati u mirbuħa mill-avvenimenti li għaddejjin bħalissa.

“Bil-mod tagħna,” kompla jgħid Youngwood, “qed ngħinu lill-ġenituri u lil uliedhom bil-mod li aħna biss japaċi nagħtuhom.”

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn