Ta’ Sentieri jingħaqdu mill-ġdid illejla

Sentieri: Philip, Reva u Josh

10 snin wara li ntemmet għal kollox is-soap opera Amerikana Guiding Light, magħrufa bħala Sentieri ma’ min kien isegwiha fuq l-istazzjon tal-Mediaset Rete4, uħud mill-atturi protagonisti ta’ din is-sensiela llejla se jkunu qed jerġgħu jingħaqdu biex permezz ta’ YouTube jitwassal programm speċjali.

L-atturi se jkunu qed iwasslu dan il-programm b’mod virtwali u se jixxandar għall-ħabat ta’ 3pm ħin Amerikan, li jkun id-9pm ħin Ewropew.

L-atturi li llum se jkunu qed jieħdu sehem f’dan il-programm speċjali, li diġà qed iqajjem ħafna interess ma’ diversi fans tas-sensiela minn madwar id-dinja.

Min se jsegwi din ix-xandira fuq YouTube illejla se jkun qed jara b’mod dirett lil Kim Zimmer (Reva), Robert Newman (Josh), Maureen Garrett (Holly), Jerry VerDorn (Ross) u Elizabeth Kiefer (Blake).

Waqt din ix-xandira huma se jkunu qed iwieġbu għal mistoqsijiet ta’ ħafna segwaċi tas-sensiela kif ukoll se jġeddu l-memorji u anki se jitkellmu fuq dak li qed jagħmlu llum il-ġurnata.

Se jkun interessanti wkoll naraw lil dawn l-atturi kif jidhru llum il-ġurnata wara assenza ta’ 10 snin minn fuq it-televiżjoni.

Min se jsegwi dix-xandira għandu jidħol fuq YouTube permezz ta’ dan il-link.