Ta’ sentejn tindika li ommha kellha tumur

Omm temmen li bintha ta’ sentejn ippruvat tgħidilha li kellha tumur.

Megan Bassett indunat li kellha nefħa f’għonqha meta kienet qed tirritorna d-dar mill-baħar.  Mit-testijiet fl-isptar irriżulta li t-tfajla ta’ 26 sena kellha tumur li nfirex f’partijiet differenti ta’ ġisimha: prinċipalment f’sidirha u fil-fwied.

Kien biss meta Megan kienet qed tara r-ritratti li rrealizzat li bintha Marnie, ta’ 22 xahar, kienet qed tmissilha għonqha waqt li f’wiċċha kellha espressjoni anzjuża.