Ta’ sentejn jisirqu l-qlub ta’ eluf madwar id-dinja wara li reġgħu ltaqgħu

Il-partner, l-ikbar ħabib, il-pet jew forsi anke s-sodda kultant, fil-ħajja kulħadd għandu bżonn lil xi ħadd speċjali li jkun qed jistenna biex ikun miegħu bi ħġaru wara żmien jew ħin mifrudin.

I have no idea how to make things go viral, for those that do……please share. This is just so beautiful. Finnegan + Maxwell= BESTIES!!! If we could all be like this. 🥰😍🥰😍🥰😍 @2_puggles_anda_baby O, The Oprah Magazine Oprah Winfrey The Today's Show best topic of the day NBC New York TheEllenShow

Posted by Michael D Cisneros on Sunday, September 8, 2019

Missier li jaf kemm ħabib partikolari huwa speċjali għal ibnu, iffilmja lill-ibnu jiġri biex jgħannaq lil sieħbu wara li kienu ilhom jumejn ma jaraw lil xulxin. Is-subien, li għandhom sentejn, huma ħbieb kbar u skont il-missier li ġibed il-filmat ilhom jafu lil xulxin sena. Huwa stqarr li għalkemm sena fil-verità mhix ħafna, għal dawn iż-żewġ subien sena hija nofs ħajjithom, għalhekk għalihom hija xi ħaġa pjuttost speċjali.

Il-filmat, li nġibed f’New York, seraq il-qlub ta’ ħafna tant li spiċċa ċċirkola fuq il-midja soċjali u f’ħamest ijiem rawh kważi miljun persuna.